Complementary Education

Fl-iskejjel  tal-primarja jingħata s-servizz ta ‘complementary education’ lil dawk it-tfal kollha li jkollhom bżonn jissaħħu f’ċerti kompetenzi bażici fil-Malti u fl-Ingliż.  Dan jinkludi taħriġ fit-taħdit u s-smigħ, qari u kitba.  It-tfal li jieħdu dan is-servizz  joħorġu mill-klassi u tingħatalhom attenzjoni ndividwali biex bl-għajnuna tal-għalliema tal-‘complementary education’ jaħdmu aktar fuq dawk il-kompetenzi li jkunu dgħajfa fihom.

Barra minn dawn il-lezzjonijiet l-għalliema tal-‘complementary education’ tassisti wkoll ghall-‘Guided Reading’ u għall-‘Buddy Reading’.  Permezz ta’  dawn iż-żewġ attivitajiet l-istudenti jitħarrġu f’varjeta’ ta’ livelli  kemm fl-istess sena kif ukoll fuq snin differenti.  Dan it-taħrig fil-qari strutturat ikabbar il-kunfidenza fit-tfal biex jibdew jaqraw b’mod indipendenti.