Malti

It-tagħlim tal-Malti, l-ilsien ta’ pajjiżna hija parti elementari mit-tagħlim li jsir fl-iskola.  Importanti ħafna huwa l-fatt li t-tfal jitgħallmu jitkellmu, jiktbu u jaqraw bil-Malti u f’dan il-qasam insibu ħafna xogħol siewi fis-sit elettroniku tal-Malti.  Ma għandna ninsew qatt li ċ-ċavetta tat-tagħlim ta’ lingwa huwa l-qari.  Għalhekk bħala skola dejjem nisħqu fuq il-fatt li t-tfal jaqraw, u li jsiru jħobbu l-kotba.  Irridu nkunu aħna l-adulti li nrawmu din l-imħabba għall-ktieb fit-tfal bl-eżempju tagħna l-adulti, kemm fl-iskola kif ukoll fid-dar.

Nota għall-għalliema sabiex jaċċessaw il-klassi virtwali tal-Malti fuq il-pjattaforma elettronika, fejn wieħed jista’ jsib links varji ghas-sit elettroniku msemmi hawn fuq.  Sabiex taċċessa din il-klassi virtwali segwi l-punti li ġejjin:

  1. Idħol fil-Fronter
  2. Agħfas EOs’ Subject Rooms fl-Entrance Hall fuq il-paġna Today
  3. Fosti s-suġġetti varji sib Il-Malti għall-Primarja u agħfas fuqha
  4. Aċċessa l-kamra virtwali u agħżel liema sezzjoni trid fl-edukazzjoni: Il-Kinder; Il-Primarja jew Il-Malti għall-Barranin.
  5. Fittex fir-riżorsi li hemm u ara x’inhuwa ta’ użu tajjeb għalik fit-tagħlim fil-klassi ta’ kuljum

Xogħol tal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti: s-Sur David Agius Muscat, s-Sur George Mifsud u s-Sur David Muscat