PE

L-istudenti tal-iskola primarja tal-Furjana qed ikollhom lezzjonijiet tal-attivita’ fiżika darbtejn fil-ġimgħa. Aħna lkoll nafu kemm hi importanti l-attivita’ fiżika għal saħħitna. Minbarra dan, l-attivita` fiżika hija mezz ta’ mistrieħ għat-tfal għax tagħtihom ċans iqumu u jiċċaqalqu ftit wara li jkunu qattgħu ħin sostanzjali bilqiegħda. Ħafna tfal iqattgħu ħin twil bilqiegħda sewwa waqt l-iskola kif ukoll fil-ħin li jkunu d-dar. L-attivita’ fiżika hija importanti biex t-tfal jikbru f’saħħithom. Ejjew ħa ngħinu lit-tfal tagħna biex ikunu aktar attivi.

Nixtiequ nfakkrukom li meta t-tfal ikollhom lezzjonijiet tal-attivita` fiżika huwa ferm importanti li t-tfal jiġu lebsin bil-PE kit sabiex ikunu komdi waqt li jagħmlu din l-attivita`.  Mhux ta’ min jinsa li ż-żarbun użat irid ikunu wieħed adattat ukoll sabiex nevitaw kemm jista’ jkun li jweġġaw, dan għandu jkun ta’ kulur abjad.