Studji Soċjali

Sit effettiv u verament interessanti huwa dak ta’ l-iStudji Soċjali tal-Primarja.  Hawn wieħed isib materjal varjat u riżorsi li għandhom ikunu verament utili waqt it-tagħlim fil-klassi.  Dan il-materjal jista’ jintuża wkoll mill-istudenti sabiex jagħmlu reviżjoni ta’ dak li jkun sar fil-klassi.  Infakkru li riżorsi ġodda jafu jiżdiedu minn jum għal ieħor sabiex jirreflettu t-tibdilet li seħħew fis-sillabu ta’ dan is-suġġett fil-livel primarju.

Nota għall-għalliema sabiex jaċċessaw il-klassi virtwali tal-iStudji Socjali fuq il-pjattaforma elettronika, fejn wieħed jista’ materjal varju u links għas-sit elettroniku msemmi hawn fuq.  Sabiex taċċessa din il-klassi virtwali segwi l-punti li ġejjin:

  1. Idħol fil-Fronter
  2. Agħfas EOs’ Subject Rooms fl-Entrance Hall fuq il-paġna Today
  3. Fosti s-suġġetti varji sib Soical Studies Primary u agħfas fuqha
  4. Aċċessa l-kamra virtwali u agħżel mis-sezzjonijiet provduti
  5. Fittex fir-riżorsi li hemm u ara x’inhuwa ta’ użu tajjeb għalik għat-tagħlim fil-klassi

Xogħol l-Uffiċċjal Edukattiv tal-iStudji Soċjali: s-Sur Tony Pace