Festa lil Marija Sultana tal-Iskola Tagħna

deher sinjal kbir fis-sema:
mara, liebsa x-xemx,
bil-qamar taħt riġlejha,
u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba
fuq rasha.

Min hi din il-mara hekk speċjali? Żgur li hija Marija, omm Alla u l-omm tagħna l-bnedmin. Il-Madonna tant hi sabiħa li lbiesha qisu d-dawl tax-xemx u għandha l-qamar taħt riglejha. Dan ifisser li hi r-regina tas-smewwiet. Ninsabu fix-xahar ta’ Mejju u llum aħna għamilnielha festa fl-iskola tagħna. Ġibna l-ward u poġġejnihom madwar l-istatwa tagħha fil-bitħa. Kantajna innijiet sbieħ u faħħarniha bit-talb u l-poeziji. Imbagħad poġġejna kuruna bil-ward fuq rasha. Kemm kienet sabiħa l-istatwa tal-Madonna bil-fjuri u bix-xemgħat madwarha. . Kemm nixtiequ li l-ferħ u l-hena li ħassejna f’dak il-ħin nibqgħu nħossuhom matul kull ġurnata.

Agħfas fuq ir-ritratt t’hawn taħt sabiex tara aktar ritratti ta’ din iċ-ċeremonja

0 Response to “Festa lil Marija Sultana tal-Iskola Tagħna”


Comments are currently closed.